Friday, 27 October 2017



133.

Dan mhuwa xejn, dan dmugħ tal-kukkudrilli.
Dan huwa kliem li qribna lanqas jersaq.
Dan hu diskors li dawk qed jgħidu fuqna,
dawk li jgħammru fi djar tal-ħġieġ bħal tagħna.
Dawk mhuma xejn, dawk ħrief tas-sagrifiċċju,
Erġajna ntlejna bihom wara biebna,
Hawn min imbagħad irid jimpressjonana
b’dawk il-kuntatti li jgħid li għandu barra.
Dan m’huwa xejn, dan dmugħ tal-kukkudrilli,
għax lilna qatt mhu se jħammrulna wiċċna.
Ħallihom għaddejjin bil-litanija,
m’humiex ewwilla xempju tat-tjubija?
Dawk ġifa, dawk beżżiegħa, dawk bla sinsla.
Dawk lilna ma jaħmlux: Jgħiru għalina.

Alfred Grech

27/10/2017.

No comments:

Post a Comment