Monday, 30 October 2017



XXVIII.

Miġbud minn saħħa kbira jien ħassejtni,
Qawwa li ma nifhimx u lanqas nara.
Imqarr li ġejja minnek jekk ħabbejtni,
Bħal ħuta kont, miġbuda mis-sunnara.

Għaliex ukoll f’nofs l-aqwa tat-taqbida,
F’sikkti ma kontx, u ridt inċedi l-armi.
Sibtni aħjar, il-barra mit-taħwida.
Kullma ħaqqaqt, mit-tieqa kelli narmi.

Ma nafx min kien, jidhirli ġie u qalli
Li kull ma kien, u kull ma sal-lum ġara,
Hu sagrusant u ċar daqs il-kristalli,
Hu l-isbaħ ġrajja. Jgħaddi ż-żmien, tindara.

Fil-beraħ tal-għelieqi l-ħolm ħarrabni
Xħin l-ajru kien żbukkat, żvoga u xarrabni.

Alfred Grech
30/1-/2010


No comments:

Post a Comment