Inti Li Tħobb Tinħeba.
Inti li tħobb tinħeba
Fid-dalma ta’ bil-lejl
Warajk tħallili r-rieħa
U xewqa ta’ bla kejl.
Inti li tisparixxi
Fid-dħaħen u fi-ċpar
Għasfur li beda jgħanni
U f’daqqa tar u mar.
Inti bħal poeżija,
Xi drabi mka nifhmekx;
Iżżurni xħin jiftillek,
U ara ma tlumekx.
Inti sibilla tbassar,
Nisimgħek, ma narakx,
Fit-tempju mqaddes tiegħek
Tiskanta għax ma nafdakx.
Leħen li qatt ma dewa
Tibbrilla bħal kristall
Il-ħlewwa li ddewwaqni
Daqs l-għasel qed jinħall.
Tikber fil-baħħ li tħalli
Misteru ma taraħx,
Werqa li trid tittajjar
Mar-riħ li ma jiflaħx.
Alfred Grech
05/10/2017
No comments:
Post a Comment