Għalik.
Imqar għalik
li trid il-kwiekeb tniżżel
U f’moħħok
hemm il-lejl u l-għera t’għada.
Għalik li
tqum filgħodu tilbes, toħroġ,
Mingħajr ma
tara wiċċek ġewwa l-mera,
Dal-ħsieb,
din l-għanja, talba ġdida
Li għandha
minn tar-riħ għax fir-riħ twieldet.
Għalik li
nżilt fit-toroq iffullati,
Tan-nugrufun,
tal-kaos tal-vetturi,
Tal-krejnijiet,
tal-ħsejjes u tal-bini,
Tad-dokumentazzjoni
diġitali.
Li għandi
nbgħidlek jista’ xejn ma jfisser
Stratifkat fil-maniupulazzjoni,
Strutturi u
ħafna metodi li jxekklu
Ir-ruħ tal-bniedem
ħieles kif jitwieled.
Għalik ukoll
qed nikteb dawn il-versi
Nagħtik minn
dak li jiena lanqas għandi.
Alfred Grech
02/010/2017
No comments:
Post a Comment