Wednesday, 25 October 2017



Dal-Bogħod Li Hemm Bejnietna.

Jgħoġobni wisq dal-bogħod li hemm bejnietna
Kull meta għal-ħdejk interraq dat-triqat,
Inbaħħar f’baħar fond tal-astinenza
Li jsir il-midfen tieghi tax-xewqat.

Idejk imellsu l-ġilda ta’ ruħ tqila,
Xħin megħedi ngħarrex l-iswed ta’kull ħsieb,
Biex ġismi jaqsam triq is-sentimenti;
Nistenna li nsibek lilek wara l-bieb.

Biex nerġa’ nbill subagħjja fl-ilma mbierek
Tal-blugħha u tal-passjoni fuq il-fwar,
Jien nista’ nkun bħas-silġa inkella naqbda,
Għax inti taf kif lili tagħti n-nar.

Alfred Grech.

25/10/2017

No comments:

Post a Comment