Imm’Issa Kien Tard Wisq.
Bqajna noħolmu l-ħolma
alluċinanti
għax mingħalina
sew qiegħedin jagħllmuna
f’das-simulakru
antik li fih rabbewna
u bajna sejrin
hekk, għax hekk għallmuna
li tagħna tajjeb
biss u m’hemm xejn aktar,
U bqajna sejrin
hekk, hekk mingħalina,
u waqt li ż-mien
għaddej serraħna moħħna.
Biex issa
qiegħedin hawn u qed nistaqsu,
setgħax mod ieħor
kien: hemm qċaċet ġodda
u aktarx li ‘l
hinn miċ-ċpar hemm xefaq ieħor
Imm’issa kien
tard wisq, tard wisq stenbaħna.
Alfred Grech
15/10/1027
No comments:
Post a Comment