Jien Nikteb.
Jien nikteb mhux biex noqgħod
Nitpaxxa b’dak li ngħid,
Bħal min ried jieħu prosit
U jaf li għadu ’l-bgħid.
Bħal min ġol mera jħares
U jogħġbu dal li ra,
Narċisu jħares fl-ilma
U tgħidx pjaċir kemm ħa.
Jien nikteb bħal min jieħu
In-nifs li jsir duħħan,
Bħal min il-pipa jpejjep
U kollni nsir għarqan.
Jien nikteb għax ġo fija
Ibaqbaq kaldarun,
Inħossni rrid nisplodu
U ntajjar il-misħun.
Jien nikteb għax ġo fija,
Iriegħed bħal vulkan,
Bħal riħ li jiknes, jobrom
Sa fl-aħħar uragan.
Alfred Grech
06/10/2017
No comments:
Post a Comment