Imxejna Nofs It-Triq.
Imxejna nofs
it-triq imbagħad infridna;
U jien
terraqt s’hawnhekk biex nista’ nara
Fl-imgħoddi
hemm i-żmien mingħajr il-ġrajja,
U l-ġrajja
kienet żmien mingħajr l-imgħoddi.
Erġajt
ħarist fil-mera u nara ’l-wiċċek,
U rġajt
tennejtlek dak li konna nafu.
Erġajt sirt
il-ħabib ta’ min hu waħdu,
Għaliex min
jisgħar jisma’ lilu nnifsu.
Alfred Grech
16/10/2017
No comments:
Post a Comment