Ħajja.
Xi tkun għalik ja sieħbi
l-ħajja,
Mal-mewt tispiċċa f’nofs iż-żfin,
Il-ħajja li bil-fors trid tinbet
Bil-mewt u taż-żerriegħa d-dfin?
U bejn il-mewt u l-ħajja jgħaddi
Il-fil ta’ xrara konduttur;
Lill-infinit inroddu lura
Biex jibqa’ kollox hemm mistur.
U jien u int hawnhekk nistaqsu
Fis-skiet u l-ħemda ta’ dax-xatt,
Għal dak li jidher mhemmx tweġiba
Bħall-ħsieb ta’ wieħed ftit distratt.
Alfred Grech
24/10/2017
No comments:
Post a Comment