Thursday, 26 October 2017



Jien Ġejt Niltaqa’ Miegħek.

Jien ġejt niltaqa’ miegħek issa,
Issa li għadu l-ħin,               
Issa li għadu jbexbex,
Nitwieżmu ma  xulxin.
Jien ġejt niltaqa’ miegħek issa,
Filwaqt li għada għaddejja tkarkar, tkarkar, tul is-snin,
It-trasfigurazzjoni  seduċenti  ta’ bniedma liebsa l-kwiekeb,
Ta’ wild il-qaddisin.
Għadejja tibqa’ x-xmara
ix-xmara  ta’ kull żmien.
Kull xħin fil-mera nħares
U nħossni ftit għajjien,
Inkella f’xi ritratt,
Nistaqsi lil nnifsi: x’seta’ kien li kieku?
U kif niktbuha l-ġrajja ta’ bejnietna
li ħadna bħala fatt?

Alfred Grech

26/10/2017

No comments:

Post a Comment