Aħna Nafu. 1.
Aħna nafu li mhix
din il-mantra tagħna,
li twassalna sabiex
ninfdu s-sisien tal-preċipizzju.
Aħna nafu li mhux
dan huwa r-rużarju
biex iwassal
leħen fgat mill-qigħan ta’ ħalq l-oraklu
fil-konfini tas-silenzji
jew tax-xefaq
li jitbiegħed u
jittwessa mat-tragward
li qed infittxu.
Aħna nafu li
l-messaġġ f’dil-purċissjoni
iwassluħ das-serbut
nemel li jistaqsu lil xulxin
minn widna għal
widna u minn żmien għak żmien.
Din mhijiex il
mixja fid-deżert li għad trid lilna twassal
sal konfini ta’
li nafu jew nistqarru
għax kull deżert
mhux għajr in-narrattiva
tar-ruħ li ġġor
magħha xbigħat minquxa.
Fid-deżert hemm biss
l-eżami tal-kuxxjenza.
Aħna li għadna
nterrqu dawn l-inħawi ta’ li nafu
bin-nostalġija ta’
triqat u moghodijiet
li minnhom konna
għaddejna meta konna għadna tfal
konna ħsibna li
daż-żmien qatt mhu se jgħaddi
li dan hu biss
ix-xeneġġjat
li se jibqa’
jirrikorri.
Alfred Grech
24/04/2018.
No comments:
Post a Comment