Jien Nista’ Ngħix Il-Ġrajja.
Jien nista’ ngħix il-ġrajja
Ta’ min jeħodha dejjem ma
ħaddieħor,
Inkella li jistenna li
jingħata
Dak li jixtieq, mhux dak li
jmissu.
Jien miegħek ridt inżomm fuq
il-mewġa ta’ kull passjoni
Misjuqa minn kurrenti
staġjonali.
Mingħajr ma nafu fejn sejrin
jew għal xhiex ġejna
F’dal-baħar ta’ bla xefaq
jew konfini.
Jien naf li lili tiġi tfittex
Xħin l-aktar tkun tixtieqni
Għax taħseb li dil-ħajja
tfisser l’għada
Minflok il-ħajja hi llum
stess
U jista’ jkun li l-ħabel li
jorbotna
Jitħabbel sew ’mma mhux sejjer jinqata’.
Iż-żmien ibiddel biss
il-ġilda
Għax ġewwa jibqa’ dak li
kien
U taf li dak li ssib mhu
xejn
Għajr dak li qiegħda
tfittex.
Imbagħad nintebaħ aktar ma
nsir nafhek
Li kull ma jmur jinħtieġ li
nafek inqas.
Alfred Grech
28/04/2018
No comments:
Post a Comment