Lil Carmen.
Ja mara ta’ lejl wieħed,
Għal waqt ma kont ħsibt xejn,
Inkella l-ħajja waqfet. Iżda
xħin il-folja taqleb
Qatt ma taf xi tkun se ssib
Jew li hemm tassew
l-imħabba.
Kien għad kurrenti wisq
Xħin int itterrompejtni.
U ħsibt li kien it-tmiem
xħin tlajna l-istess tlajja.
Jien li miġnun warajk
Li tiġi mbagħad tfittixni
Issib li kont assenti
Xħin l-aktar kont
tinħtieġni.
Imbagħad tinfexx fil-kliem
li jien kont għedtlek
Bħal kienu ġugarelli.
Noħoilqu l-ftit bil-ftit
filwaqt li ngħixu l-ħajja
U npejjpu l-weraq tal-ħolm
tagħna
Xħin nieħdu nifs il-ġewwa.
Xi darba rrid nonfoħlok
il-fewġa fuq ħaddejk
U nsemma lilek biss,
il-poeżija tiegħi,
Għax kull ma xtaqt kien biss
Li ntenni dak li naf
U ngħidu lilek biss.
Imm’int intlift
Fix-xogħol li kellu jsir.
Alfred Grech
09/04/2018
No comments:
Post a Comment