Frugħa.
U f’ħajjti sibt il-milja
tiegħi
Għaliex insejt li qiegħed
ngħix.
Nindiehes mat-tmellis ta’
jdejk assenti
Mas-seħer tiegħek kullimkien
U mill-fwieħa ta’ tifkira
saret xewqa.
Hu fix-xaba’ tal-frott li
ġibt quddiemi
Li jien sibt il-baħħ ta’
ħwejjġek
U l-għatx għal dik il-ħaġa
li mhix tas-soltu.
Iżda, jien li qiegħed ngħix
bejn dak li jien
U li nixtieq; bejn dak li
noħlom
U dak li jgħix il-ħolma
qasira tkun is-sensazzjoni
Tal-miġja tiegħek u
tal-bżieżaq tas-sapun
Li jfawwru fuq wiċċ l-ilma.
Kull xħin tintefa’ f’ħoġri
Jien ninfed ħbub għajnejk
bil-ħars distratt
Jew nagħmel dik il-qabża li
tmur lil hemm.
Insib ruħħi n-naħħa l-oħra
Fl-infinit, fl-etern,
fix-xejn qatt ma jinbidel.
Għax xejn ma jista’ jwaqqaf
din il-mixja
Sat-tarf li jiġbed lejh kull
direzzjoni
Fejn kollox huwa ċar li
tista’ tifhmu
Bħal mixi ta’ gelgul
tal-ilma ġieri
Lejn l-oċean idifferenti.
Jien miegħek nerġa’ ngħaddi
wkoll
Mill-wied mudlam
tat-tentazzjoni
Tqanqil ta’ kull passjoni u
tat-tiġrib,
Kull meta tgħaddi minn
quddiemi.
Inti tibqa’ tgħid li trid u
jiena ngħidlek
Li din hi frugħa
tal-frugfħat u xejn ħlief frugħa.
Alfred Grech.
11/04/2018
No comments:
Post a Comment