Li Kieku.
Li kieku qiegħda hawnhekk
fuq din is-sodda,
Teħodli l-wisa’ kollu u ma
tħallili l-ebda spazju
Tiblagħli nifsi tqil u
nħossni nifga’
Għal-għomri kollu,
Marsus u ssikkat bħal minn
ġo ħaġġa
Il-beraħ f’daqqa waħda sar
lembut
Jingħalaq ħelu, ħelu
Biex noqgħod ngħodd ix-xorok
u l-arkati
Tas-saqaf tagħna.
Li kieku tibqa’ hawnhekk fuq
din is-sodda
Is-sema kollu kwiekeb qed
ipetpu
Jingħalaq ġewwa l-kaxxa
tal-ġojjelli,
Inkella fil-basket tiegħek.
Għalhekk, għal lejla waħda
biss, ejj’ nagħmlu ta’ bis-ruħna
Li ngħixu ferħanin
għall-dejjem minn ta’ dejjem.
Alfred Grech
26/04/2018
No comments:
Post a Comment