Provokazzjoni.
Huma bosta li jgħarfu wiċċek
U ħafna jafu ismek
Iżda ruħek għaraftha jiena
biss.
Għax inti bħal djamant li
jiswa’ ħafna,
tgħodd biss għal dak li
jgħożżok.
Jien naħseb fis-skiet tiegħi
U mbagħad insir ribell
Għaliex għal xi raġuni
Jinħema fija dak kollu li urejtni.
U int issir provokazzjoni
Kull meta tmidd il-pass,
Issir irriverenti kull xħin
tiċċaqlaq,
U ssir id-dannazzjoni ta’
kull darba
Li nduq il-frott tas-siġra.
Jien ninsa’ t-togħma tiegħek
ta’ kull darba,
Iżda mbagħad inħoss
il-ħtieġa
Daqskieku kont id-droga
prefertita.
Alfred Grech
12/04/2018
No comments:
Post a Comment