Thursday, 17 May 2018




Bħalma Tixgħel Xema.

Bħalma tixgħel xema xegħelt it-tama
Li magħha dendilt kull ħolma li stajt toħlom.
Kollox jieqaf xħin jiġi l-lejl
Minbarra l-qalb qed tħabbat,
Inkella l-ħsieb li jagħmel bħal nemusa
Jew ajruplan li ġej mill-bogħod.
Lili, ma tħollnix bil-kliem li tgħidli
Tiġbidni biss tbissima ta’ filgħodu
Imżewwqa b’xi wegħġeda li taf li mhux se twettaq
U tkompli ta’ kulljum qed tgħix il-gidba
Sakemm imbagħad tintebaħ
Li żlaqt fuq qoxra ta’ ġellewża.
Imbagħad jekk tidra toqgħod ħdejja
Għandu mnejn li t-tnejn nibdew naħsbuha bħal xulxin.
Jekk ix-xemx lit-tnejn taħraqna
Id-dell tagħna ma tirkbux
Nispiċċaw it-tnejn nitbiegħedu
U x’jaqqgħadna ma nsibux.
Jekk kulljum nibdew niskopru
Dak li aħna jew m’aħniex,
Jien inħobbok għax iġġiegħni
U xħin titlaq nerġa nfiq.

Alfred Grech
17/05/2018

No comments:

Post a Comment