Ma Niftakarx.
Ma niftakarx jekk ġejtx
il-bieraħ
Stennejtek tiġi għal żmien
twil.
Ma nafx jekk qattx għamiltx
xi wegħda
Ismek imċappas ma kullimkien.
Issa li x-xitwa għaddiet u
l-ajru bbnazza
Irrid insib mil-ġdid is-sema
safi,
Il-wegħda taż-żernieq ma
xfar kull ħnejja,
U l-ħmura ta’ filgħodu fuq
ħaddejk.
It-tnejn li aħna ma nafux
minn fuqna x’għadda,
Inkell żgur li għada jkun
divers.
Minkejja l-ħsejjes kollha
Minkejja d-dlamijiet
Tagħllimna kif nitlaqgħu
Minkejja kull drawwiet.
U dak li kien iżommna
Ma kienx xi ħmar il-lejl
Biss kienet l-emozzjoni
Jew ħolma ta’ bla kejl.
Alfred Grech
05/05/2018
No comments:
Post a Comment