Inti Li Ta’ Kull Darba.
Inti li ta’ kull darba
tistaqsini,
Int ma jonqsok xejn għajr
it-tmellisa
Li tħalli l-marka tagħha
għal dejjem.
Int taf sew li dak li lilna
t-tnejn irid jgħaqadna
Ikollu s-sens ta’ telf u
sens tal-biża,
U dak li lilna t-tnejn
iżommna minn xulxin imbiegħeda
Velenu nixorbuh kull filgħaxija
Sabiex ninsew li għada xorta
jisbaħ.
Int sirt taf bħali
Li din il-logħoba tal-imħabba
Hija wiegħda li żżomm ħajja
Fuq il-ħjut li tħit il
brimba,
Hi biss akrobazija aljenanti
Biex nagħmlu bħalma jagħmel
qed ħaddieħor
Biex inżomm l-fjamma ħajja.
U jiena kont ekwilibrista sa
mill-bidu
Li nogħoġob lil kull naħħa
tal-udjenza
Int ridt li tkun fit-tarf
tal-mina u hemm se tibqa’.
Irrid inżomm idejk waqt li
qed naqdef
U ħafna drabi jkun in-nuqqas
tiegħek
Li jġiegħelni nimla l-baħħ
fl-abbissi ta’ ruħi.
Alfred Grech
31/05/2018
No comments:
Post a Comment