It-Tmiem.
It-tmiem mhux meta tiltaq
It-tmiem x’ħin meta ma
tibqax tiftakar aktar,
U f’moħħok ma tiġik ebda
xintila,
Inkella talba li tħassar
it-tifkira.
Il-ħsieb kemm trid, irid jiġġerra
Bħalkieku kien xi għoqda
fissa
Li ijassar lir-ruħ.
Il-ħsieb isir mina vaganti
Sħuna fl-għarar tax-xemx
il-lejl.
Is-skiet jitkaxkar bhal serp
kiefer fuq il-ġisem
Bil-petizzjoni ffirmata
mwaħħla mal-gerżuma.
L-ebda kapott ma jsaħħan
il-memorja
U lanqas jaqta’ l-bard
tal-biża’ jterter.
Il-pori kollha jisfidaw
lis-sema
Iraxxax xita dmugħ fuq ir-rużarju
Ssikkat bejn swaba jisma’
l-karba.
It-tmiem hu dawl fiċ-ċpar
oħxon tal-periferija
Fejn il-fanali tal-karozza
jiġru sfrenati wara l-vittma
U f’daqqa waħda tara kif
jintefa’ univers.
Ir-riħ ħa nifs qawwi u sab
il-melodija li kien jistenna,
Li baqgħet imdendla bħal
ġagħwra fuq il-qalb.
Alfred Grech
14/05/2018
No comments:
Post a Comment