Int Tiġi.
Int tiġi bħalma tiġi ż-żiffa
tqajjimni minn
din nagħsa fonda,
imbagħad tħallini
xejn ma jibqa’ għal dejjem
bħal ħolm li kont
qed nibda’ noħlom.
Int tiġi u titlaq
qisu xejn ma kien
u tħalli r-rimma
tiegħek
il-fwieħa, balzmu,
t-tifkiriet,
li għadni
negħereq fihom
Alfred Grech
30/05/2018
No comments:
Post a Comment