F’Dil Paralisi Assoluta.
F’dil paralisi
assoluta ta’ bla ħsieb u ta’ bla kelma
met’anqas biss
it-tmiem li għad xi darba jasal
mhu qed jidher,
ikun il-bogħod
jew f’tarf il-preċipizzju,
x’ikun li jiġi x’jgħidli
li llum ma ħlejtx
iż-żmien niltaqa miegħek?
Għax għedt li
ridt tarani,
u f’daqqa waħda
mlejtni bit-toqol tiegħek,
u f’daqqa waħda
nkejjlu bdejna
it-tul li hemm
bejn l-art u s-sema.
Xi jgħidli li
tal-ewwel mhux aħjar
mit-telgħa
tal-kalvarju?
Xi jgħidli li
mhux wirja din tas-seklu
li nagħmel ta’
bir-ruħi qiegħed nemmen
u wara l-kwinti
hemm il karnival
li jibqa’ għaddej
s-sena kollha.
Alfred Grech
10/05/2018.
No comments:
Post a Comment