Lil Sharon.
Int għandek
l-oċean midfun ġo ruħek
għax tgħix fil
qrib u tgħix lilhinn mix-xefaq.
Fil-qiegħ
tat-tqanqiliet u tal-passjoni
lilhinn minn kull
disinn jew kull tifsila.
Is-saħħa t’uragan
iġġorrha miegħek
it-tmun f’idejk b’kuraġġ
u ntuwizzjoni
ma tibża’ qatt
tisfida xi burraxka
u taf kif lir-riħ
tgħannaq ta’ kull darba.
Iżżomm fuq
il-quċċata ta’ kull mewġa
u turi lil
ħaddieħor id-dawl tiegħek.
flimkien mad-dlam
fiż-żoni nebulużi
iżżomm mistur
għalik. għelm tal-imġarrba.
Għax għandek
it-tempesti ġewwa sidrek
u l-fwieħa tal-ward
f’Mejju fuq il-ġilda,
int għandek minn
tal-baħar f’nofs awwissu
u taf tixtarr
tal-infinit il-qawwa.
Alfred Grech
10/05/2018
No comments:
Post a Comment