Int Tista’ lanqas Tiġi.
Int tista’ lanqas tiġi
mingħajr ma biss tkun tlaqt,
U terġa’ tiġi lura,
b’hekk hawn tkun ħin bla
waqt.
U xejn ma jkun jimporta,
jekk tmur u ma tiġix
Jekk tgħaddi minn quddiemi
u qisek ma tafnix.
U xejn ma jkun jimporta
fejn timraħ jew fejn tmur,
Jekk naf li terġa’ lura
Għax taf li hawn fi żgur.
U xejn ma jkun jimporta
u nibqa’ nistenniek
xħin tiġi, ninsa’ kollox,
Nistenna fuq ix-xwiek.
Għax qatt ma tiġi lura
jekk ma tkunx taf it-triq,
int tlaqt bla taf fejn
sejjra
f’ġejjieni tant mixtieq.
U jekk se terġa’ lura
bħal meta tmur mnejn ġejt,
Għax qatt ma tista’ tinsa’
il-bejta li ħallejt.
Alfred Grech
04/05/2018
No comments:
Post a Comment