U Hekk Hemm Raġel Ieħor Qed Jinħaraq.
Jien ma ngħidlekx ġo liema
sqaq daħħaltni
sibilla tar-riħ fuq u
l-uragani.
ma liema kantuniera se
ddawwarni
biex nerġa nsibni għal darb’oħra
f’manikomju.
Int issa sirt ukoll daqs l-ossessjoni
tal-jien li jaf jirreċ’ta
l-illużżjoni
għax ismek jista’ jkun dak
ta’ divina
u hekk hemm raġel ieħor qed
jinħaraq,
jokkonsma l-melħ u r-rmied
tal-krematorju,
f’konflagrazzjoni ta’ xewqat
u s-sensazzjoni
misjuq u mgħammad minn kull
xorta ta’ passjoni
bla lġiem jew rażan biex
jinsa’ lilu nnifsu.
Bħal kieku xejn m’hemm
aktar.
Għaliex min qatt matul il-ħajja
tiegħu
ma ġietu mqarr fil-ħsieb t-tentazzjoni
li jittradixxi.
Alfred Grech
06/05/2018
No comments:
Post a Comment