INT U INT BISS.
Inti li tisfidani ma kull
nifs li nieħu
mingħajr ma biss qatt
tlissen kelma
u jien irrid inkejjel
bil-kumpass ċ-ċirku
li tagħmel ta’ kull darba
xħin tgħaddi qrib mingħajr
ma tħares.
Irrid wkoll nistaqsi lili
nnifsi
jekk jaqbillix nintilef
fl-immensita’ tal-ġenn li
int tgħidilha imħabba
inkella noqgħod kwiet fis-solitudni mnearrba
niddetta s-sokor ta- dinja
oħra
fejn mhemmx ix-xibka ta-
kulljum u mhemmx l-għanqbuta
li sibtni ta’ kull darba imxeblek
ġewwa fiha.
Għalik nagħmilha l-qabża ġol-abbis
mudlam
minn fuq ix-xfar misnun
tal-amneija
u nerġa ngħix imqar għal
ftit waqtiet dik l-illużżjoni
li inti u inti biss tagħmilni
tista’
ferħan għal dejjem
Alfred Grech
29/08/2018