Raħal.
Jien ġejt hawn biex nagħmel
bejta
Ġejt infittex ftit mistrieħ
Mill-għajjat tal-folla
mġenna
Fost il-ħemda, għall-erwieħ.
Iżda dawk jiżdiedu baqgħu,
Baqgħu jibnu kullimkien,
Jingumbraw, iħarbtu,
jkissru,
Jiżverġnaw kull fejn kien
kien.
Dawk t’hawnhekk ħwejjiġhom
biegħu,
Għax imsieken ma basrux,
Illi żmien bi żmien għad
niġu
Geġwiġija bħal bebbux.
U dawk ġew, dawn komplew
jibnu
Biex ma baqa’ l-ebda kenn,
Min dar-raħal kwiet u ħiemed
Sar teatru mimli ġenn.
Alfred Grech
11/08/2018
No comments:
Post a Comment