Jien Kont F’Għajnejk.
Jien kont f’għajnejk u int kont tħares lejja,
Kien hemm il-bogħod
bejnietna
Distanza ta bla truf.
Jien ħsibt li ġrejtha kollha,
Xħin qtajt in-nifs
Sibt lilek qed tfissidni.
Kien hemm il-baħar jaqsam ta’
bejnietna
Iżd’int waqajt mis-sema u
ġejt ġo ħoġri
Imbagħad xħin sar il-ħin
Jien bżajt li mhux qiegħdin
niftehemu.
Għalkemm it-tnejn imdawwra
madwar mejda
Nixorbu l-kapuċċin.
Jien stajt nissinkronizza l-arloġġ tiegħi
Mal-ħin tiegħek.
Iżd’inti bdejt tibissem
Jew kont ġa taf x’ser
ngħidlek
Inkella,
Li terġa’ tkun darb’oħra.
Alfred Grech
10/08/2018
No comments:
Post a Comment