PERSEFONE.
Taħt nisġet ix-xoqqa
żebbuġija
il-kliem jintilef
imtaffi minn spettaklu
ta’ min jgħid li huwa bin
ix-xemx.
Iż-żiffa toqtol kull tama
li xi darba tarani miegħek
fuq gradilja u xofftejk
tilfu l-ħajra tat-tbissima.
Għajnejk ifittxu toroq ġodda
ta’ kif ifissru ruhħom
minghaħjr diskors,
mitlufin f’mirage
ta’ deset l-enimmi.
Tistaqsi għal qatr’ilma
minn bir in-nixfa.
Jien għandi l-ilma tal-ħajja
-
kont tgħidli –
Imbagħad fil-ħolm stħajjiltni
l-oasi tiegħek
u bdejt tħobbni.
Mhux l-għafsa tiegħek qed tweġġani
u mhux difrejk
Iżda l-ħars battal ta’ bir bla qiegħ
li hemm f’għajnejk
u l-ksieħ ineżorabbli
tad-dellijiet li ma kellhomx
xaqq dawl warajhom.
Alfed Grech
15.08.2018
No comments:
Post a Comment