Għaliex Qed Tistaqsini?
Għaliex qed tistaqsini w’qajtx
fil-muta?
Int taf li kull tant żmien
jien irrid niskot
u nagħmel bħal bebbuxu
nidħol ġo kamarti,
għaliex il-baħar imkurlat
jimlieli għajnejja bix-xrar
tal-kwiekeb
u ħsibijieti biċ-ċpar tal-illużżjoni.
Għaliex qed tistaqsini x’inhi
l-biċċa?
met’inti daqsi taqra
il-passi ta’ quddiemna
u l-melodija li daqqejna
waqt iż-żifna
li kienet frott tas-seher
ta’ lejla ta’ bla qamar u
bla kwiekeb.
Alfred Grecvh
20/08/2018
No comments:
Post a Comment