U Issa Rrid Nibda’ Nifhem.
U issa rrid nibda nifhem
għaliex int qatt m’għandek il-ħin
u r-ritmi tiegħek jgħaġġlu
wisq
biex nista’ nlaħħaq miegħek,
ondati ta’ mewġiet li qatt
ma jaslu
sax-xatt tal-art fejn hemm
il-blat
inkella r-ramel jistennihom.
Jien xtaqt inħares lejk
bħal meta l-qamar kwinta
jħares l-isfel
lejn baħar iċċassat
jikkuntempla r-rifless
tiegħu
imewweġ fit-tamiet li jogħsfru.
Minflok ikolli biss nitwekka
bil-frak ta’ kwiekeb
mgħaddba
u nħares lejn eklissi ta’
qamar imdagħdagħ
inkella nżul ix-xema
ta’ mħabba li għaddiet
għax saret silġa.
Int missek taf biżżejjed
biex ma tilludinix
jew ħalli lili nidħaq bija
nnifsi
filwaqt li naf li qed
innaqqas
mill-għażliet li fadal.
Alfred Grech
26/08/2018
No comments:
Post a Comment