Ridtek Tħares Ftit f’Għajnejja.
Ridtek tħares ftit f’għajnejja
Ridtek tħares ftit fl-abbiss
Jew tistaqsi l- mistoqsija
U taqrani kif imiss.
Ridtek tħares ftit f’għajnejja
Ridt nistaqsi jien min jien,
Bdejt inħoss is-sħana
tiegħek
Kollox reġa’ għal li kien.
Ridt inħossni biċċa minnek,
Ridt nintilef fl-univers,
U ridt ngħum fil-baħar
tiegħek
Ridt inħossni ftit divers.
Jiena deherli li ħassejtek
Issefsifli fil-widnejn;
Kont imnebbaħ, kollox sewwa,
Xħin ħassejtni bejn ħaltejn.
Ridt ninġarr mar-rima tiegħek,
Ja sibilla, fejn tmur int;
U ridt nisma’ x’tista’
tgħidli
Sforz il-heġġa, sforz
l-istint.
Ridt inħares fija nnifsi
Jekk hux din il-verita’;
Jew inkella hemmx xi maskra
Biha nsib l-identita’.
Alfred Grech
09/08/2018
No comments:
Post a Comment