Bħal Meta x-Xlokk.
Bħal meta x-xlokk ifarfar
iċ-ċpar tiegħu fuq il-qċaċet
U n-nida tfixkel lil kull
minn irid javvanza
Huma t-truf ta’ xuxtek,
Il-kuda li tħallili ma kull kelma
Li toħroġ minn xofftejk.
Għax nibda ma narax lil hinn
Minn fejn il-qaws iwassal
Biex b’hekk sirt il-ħalliel
Li ġejt infittxek qalb
il-folla.
Bil-ħeffa tal-għasafar dik
mixjietek,
Li għandha minn qawwi li
jitmewweġ
U jokrob mingħajr biss ma
jaf il-għala,
Bħal meta fisfidaħ tweżieq
il gruwa
Li tgħid li ġejja x-xitwa u ttir ma sħabha
Bil-ħsejjes ta riġment,
Jinġarru mal-kurrenti ta’
filgħodu.
Int bħalitrid li tkompli fejn
ħallejna
U tobdi lill-allat bla ma tistaqsi,
Għax kontra dak li s-sħab u l-kwiekeb jiknes
Ftit stajt tisfida.
Alfrerd Grech
23/08/2018
No comments:
Post a Comment