L-Aħħar Waqtiet.
L-aħħar waqtiet
huma tqal għal
fuq l-istonku,
għax inti tkun
emmint
li dan mhu xejn
għajr taraġ li titilgħu
u ma kull tarġa
tiskopri s-sewwa
inkella sewwa
ġdid jekk mhux is-sewwa kollu,
u tibqa’ tiela’ ’l-fuq
sa tasal sal-quċċata
mnejn tista tara
kollox u tara x-xefaq.
Imbagħad tinteba f’daqqa
waħda
li mhi quċċata
xejn
għax tkun wasalt
fit-tarf,
fit-tarf tal-preċipizzju.
Alfred Grech.
21/08/2018
No comments:
Post a Comment