Imqar Tarani Fir-Rifless.
Żommni ftit ieħor ħdejk
għandi mnejn nistordi
inqar l-għaraq ta’ ġbini
issa kesaħ,
u nista’ noqgħod hawn
nistaħba taħt l-iskomdu
ta’ li ma jagħmilx sens.
Imqar l-għanja trid teħel
u l-kliem ma jfisser xejn.
L-għammieq hu tqil u fond
fond iktar milli ħsibtu.
L-għammieq ma jwasslek għal
imkien.
Hemm l-għanja tas-seħer li
trid toħroġ
l-għanja taż-żernieq
li tbiddel il-burdata.
Jekk ngħidlek: Erġa ttawwal
fl-abbissi ta’ bla qiegħ,
tobdini?
Imqar tarani fir-rifless.
Alfred Grech
02/08/2018
No comments:
Post a Comment