Qatt Ħsibt?
Dawk li jgħidulkom li din hi
mixja
mhumiex iħarrfu
għaliex sabiex itaffu xi
ftit l-assurdita’
xi ħadd webbilhom
li hemm destinazzjoni li
jirdu jaslu fiha,
u li trid timxi dejjem ’l-quddiem
mingħajr ma tħares lura.
Jien m’emmintx u bħal Orfew
ħarist lura u kollox għosfor
fid-dlam tal-bieraħ.
Qatt ħsibt li dan mhu xejn
għajr dawrien ċikliku
tal pjaneta li nqabdet fil
ħolqa ta’ mħabba
max-xemx li tnin bil-mod
sa ma tinħela?
Alfred Grech
27/08/2018
No comments:
Post a Comment