Jien Xtaqt Inħares lejk.
Jien xtaqt in+ħres
lejk
kif int qed tħares lejja.
Iżd’int bqajt twelled
it-titani
u jien żvinat mort niġri
ninħeba wara x-xefaq.
Xtaqt ngħajjat ngħidlek
titlaq
iżd’int bqajt tħares fiss f’għajnejja.
Ġejt hawn niltaqa’ miegħek
biex neħles mill-magħmul li
kelli fuqi,
is-saħta li tidwi baqgħet
dejjem ġo widnejja.
Dan hu l-biża’
dan huwa dak li jħoss
min joħlom ħolma kera
u jqum xħin it-twerwir
ma jkunx jifilħu iżjed.
Iżda’ jien la nista’ nqum
u lanqas niflaħ aktar.
Jien nibqa’ hawnhekk
fi ħdan l-eternita’
biex ngħodd ir-ramel ta’
dix-xtajta.
Alfred Grech
07/08/2018
No comments:
Post a Comment