Il-Lejla Ma Ġejt Xejn.
U nibqgħu nittamaw li għad
xi darba
lnsibu jiena u int l-imkien
u l-waqt.
f’xi lejl ta’ skiet bla
qamar u bla kwiekeb
ninfexxu nħarsu t-tnejn f’għajnejun
xulxin.
Iżd’inti mhux lakemm
tiftiehm miegħek,
inkella taqbdek f’wegħeda u
tgħid xi trid,
fittixtek fl-isqaqien tar-raħal
kollu,
jew taħt id-dawl inemnem
tal-fanal.
F’dil-lejla ta’ bla kwiekeb
u bla qamar,
stħajjiltek li trid tkebbes
il-fuklar,
hawnhekk iltqajna t-tnejn
għal-kemm il-darba,
illum id-dawl fuq wiċċek qed
jisfar.
Ħassejtni bħallikieku kont
xi għama
ifittex il qawsalli qalb
ir-raxx,
il-lejla ma ġejt xejn u xejn
ma ġara,
u bqajt ma kebbistlix imqar
musbieħ.
Alfred Grech
31/10/2018