Jien Stennejtek.
Jien stennejtek u inti bqajt
ma ġejtx
mort fil-waqt u mkien li
fteħemna.
Int jista’ jkun li ntift
fil-weraq idur
maħtuf minn riefnu
fit-triq li t-tnejn
terraqna.
Jien stennejtek u int bqajt
ma ġejtx
għax jista’ jkun li
l-mormoriji tiegħi dejjquk,
għax jista’ jkun li smajt
il-melodiji
li daqqejt u dort u reġa’
bdielek.
Jien issa qiegħed hawn
nagħmel dak li ndrajt
nagħmel
nibgħat it-tislijiet lil dak
li jkun
u nistieden li min jgħaddi.
Alfred Grech
16.10.2018
No comments:
Post a Comment