Jinqabdu Jgħidu l-Ħmerijiet.
Jinqabdu jgħidu l-ħmeijiet
u lanqas xejn ma ġara,
ma jixbaħ xejn lil-verita’
u m’għandu xejn mis-sewwa.
Bil-qassisin jimmolestaw
għax tagħhom hija s-saltna
lit-tfal iż-żgħar u kull ma
jmur
jinkixfu aktar skandli.
Bla biża’ xejn għax approvat
dal bini qed ifixkel
kull pjanta studjat jew
strutturat
u kontra kull raġuni.
tal-kapijiet li jitneħħew
minħabba li jitfixklu,
tal-vittma li titħallas trid
għal kull vendikazzjoni,
ta’ niex m’għandhomx fejn
jistkennew
inkella tal-vettura
parkeġġ ma ssibx, mhemmx x’tagħmel
taf
u ħadd ma jrid jitkellem.
Taf l’issa dan għonq ta’
flixkun
Ma tafx minn fejn se tgħaddi
Nitkellmu biss waqt xi
diskors
ta’ ġurnalista brava
li mxiet fit-tul ma waqfet
qatt
u saret kummissarju.
Għax arroganti dal-poter
ser nimxu bi protesta,
u mixja mxejt favur il-ħaqq
imqar favur is-sewwa,
għax xejn minn dan ma kien
tassew
aħbarijiet mirquma.
Alfred Grech
09/10/2018
No comments:
Post a Comment