Din l-Arja
Ndefinita.
Kull
darba
li bexxaqna l-persjani
sfidajna d-dellijiet
bil-velu tal-imgħoddi
biex żgur ma ningħarfux.
Ħlief arja umda
u xita qliela ma nduqux
kul xħin nittawlu barra.
Ir-riħ imewweġ l-imwieġ
tan-nifs li jidħol fina
tal-fwieħa tar-rand u tal-mertqux
tas-sagħtar li jikber f’art imwarrba.
F’din l-għodwa
ta’ għaġeb u stupur
ta’ arja ndefinita
ma qed jiċċaqlaq xejn
fit-trufijiet tal-ħajja.
Alfred Grech
14. 10. 2018.
No comments:
Post a Comment