Għaliex Le!.
Tiġi, tiġi waħedha u
għall-għarrieda
u ma tiġix xħin tkun imdejjaq
u tibqa’ biex tħabbatlek fuq
it-tieqa
daqqiet ta’ armonija
ċelestjali
u inti tkompli mal-battuti
ittektek fuq tastiera
inkella tikteb
bli jiġi f‘idejk.
U xħin tneħħilek l-għamad minn għajjha
tgħidlek: Int mintix
is-sieħeb tiegħi,
u int tweġibha: mhux int sejjaħtli!
U hi tgħidlek li ma tafx.
Imbagħad tħarsilha fiss f’għajnejja
u tgħidilha: Ejja nkomplu,
u hi twieġbek: Għaliex le!.
Alfred Grech
01/10.2019
No comments:
Post a Comment