LXVI
U xħin is-seħer mar erġajna
ltqajna.
Għax sirna bħall-oħrajn bilkemm
nitħamlu
U ġrejna ħafna għalxejn,
fejn konna bqajna
Inħarsu lejn xulxin, ma nafx
x’ser nagħmlu.
Jien kont saħħar għalik u int
għalija
Kont kewkba fis-smewwiet, li
terħi x-xuxa,
Jien tlift is-seħer, inti
tlif id-dija,
Fi qlubna t-tnejn m’għadniex
fil fond minquxa.
Jien kont ir-riħ għalik, int
kont il-baħar,
It-tnejn qanqalna riefnu u
ġejna f’tagħna
U x’ġara mbagħad jien ftit
li xejn niftakar,
Int xbajt iddur u jiena w’qaft
mill-għana.
Imm’issa qagħad ir-riħ u
l-ajru tbiegħed
U r-riħa bdiet tinxtamma
tal-ilma qiegħed.
Alfred Grech
14/06/2013
No comments:
Post a Comment