X’Int Tħares?*
Inħares lejn il-kwiekeb
għax qiegħed ġol-gandott
għaliex minn ġol-perjani
jidħol biss
dawl iffiltrat.
Bibien ir-ruħ mitbuqa
quddiem dan il-flaġell
quddiem dan il-massakru
l-aljenazzjoni ta’ dak li
jaqbel
u dak li jifunzjona.
Il-qalb imbagħad
għad tmut fir-resħa
għax tidhra mqar
is-swat.
Alfred Grech.
15/10/2018.
*Bi Tweġiba għall-poeżija li
ġġib l-istess isem ta’ Goelle Galea.
No comments:
Post a Comment