Tithonus.
U hekk tista terġa’
tqiegħdni
mal-imbeċilli li ħasbuk
ġenju
fuq naħħet il-lemin ta’ fejn
ħallejtni
bil-miżien il-ġdid tal-ħaqq
f’din l-era ta’ġustizzja
feminili,
jew tibni niċċa ġdida
fejn tikkunserva l-inċens
tat-tifkiriet
bil venerazzjoni tal-fwejjaġ
infernali
bir-riħa ta’ min jiskonta.
Int tista’ wkoll tinsieni
fin-naħħa tax-xellug tal-lvant
iżernaq
inkella tibża’ tersaq lejn
in-nar
li qatt ma jnixxef l-għatx
għax taf li wiċċ il-baħar
jirrifletti
is-sliem ta’ qamar ħiemed.
Il-mewġ irodd lix-xtajta
il-bews ta’ grigalata
u l-bżieżaq arja li ma
felħux
it-toqol tal-abbissi.
Imqar fid-dalm ral-lejl jien
nittawwallek
mal kurutiuri twal xħin
tippassiġġa
bla direzzjoni
tiskonta l-piena.
Alfred Grech
10/10/2018.
No comments:
Post a Comment