Sunday, 30 June 2019


Image result for development Malta

Għalihom.

Għalihom ħtif ta’ ftit miljuni oħra,
għalina mostru ġdid twikkejna bih,
għalihom mhemmx serħan-il għajn, sbuħija,
li jiswa’ biss il-qliegħ ta’ minnufih.

Għalina wirt il-kruha li se tibqa’,
għalihom qisu qatt ma ġara xejn,
xtraw lil kullhadd, kullħadd jaf sew x’qed jiġri,
Ta’ fuq jgħidulek: qed tinkwieta għalfejn?

U jekk tissogra għal darba tiftaħ ħalqek
issibhom annimal l’ għalik iħebb.
intebħu issa! ġralhom bħal tal-ħrafa
tiġieġa qatlui tbid il-bajd tad-deheb.

Alfred Grech
30/06/2019

Saturday, 29 June 2019


Related image

Lilek.

Lilek ja sirena tal-bnazzi
Li tiġi kull filgħodu ssellimli
Bla ma titbissem
Għax tibża’ li b’daqshekk
Tikkomprometti ruħħek.

Lilek t’għajnejk skuri
U xuxtek sewdenija
Tagħtini daqqa t’għajn imbagħad tiżgiċċa
U tgħidli li tassew
Tixrieqli l-għodwa t-tajba.

Lilek ja sibilla
Ta’d rgħajk miftuħa
Li għandek qalbek kbira
Biex tħaddan il-kolossi
Li b’riġlejhom  jagħaqqdu naħa m’oħra.

Lilek dawn il-versi
U għad irridek tgħidli
Xi jkun għaddej minn moħħok.

Alfred Grech
29/06/2019



Image result for construction malta

Nibqgħu ngħannuha.

Nibqgħu għalina ngħannu minkejja dat-tifrik
Li hawn madwarna, minkejja l-ġenn sferant u l-ġiri nfernali
Minkejja d-dħaħen taċ-ċiment u trabijiet ta’ bini
Minkejja li r-regħjba ta’min hu bla wiċċ u mingħajr bla isem
Joħdulna s-sabih kollu li hu l-wirt li huwa tagħna
F’ din l-art li saret l-art l-eżilju.

Nibqgħu ngħannuha  din l-għanja reffiegħa tagħna
Imqar jekk il-issa s-setgħa u l-affluwenza
Għamew lil min jippoża ta’ xi ġgant fis-salvazzjoni tagħna.
Ejja nibqgħu ngaħnnu flimkien ja poeżija tiegħi,
La titlaqni kif għandek ħabta tagħmel
F’dawk l-istaġuni fejn l-għajnejn  jagħmew
U l-widnejn jittarrxu u  jibda ftit ftit dieħel
In-nagħas tal-apatija u qtigħ il-qalb
Minn dinja se tisplodi
Ta’dawn il-ġejjer li saru manikomju.

Alfred Grech
29/06/2019

Friday, 28 June 2019


Related image

Mnarja 2019.

Bħal meta jdejja nċappas blinka diġitali
li ma titħassar bl-ebda gomma jew deterġent.
Il kullar għoroktu kemm il-darba
u t-tbajja baqgħu hemm imqar bil-kandeġġina.
Jien nibqa’ niġbed dan il-ħabel
sakemm ikolli saħħa,
sakemm ikolli saħħa nifs il ġewwa niġbed
u nibqa’ u nibla biex nirrimetti kollox.
Imbagħad nistiednek tiġi ħdejja
tippassiġġa miegħi qalb is-sħab id f’id
biex b’hekk inkunu nistgħu nigħidu illi rbaħna
il-ġravita’ ta’ sajf fl-indifferenza.
U kollox jispiċċa ħtiġiejiet ta’ dak il-ħin
ta’tfal żgħar isaffru għanja kiebja
lill-qamar felli.

Alfred Grech
28/05/2019


Pablo Picasso mae e filho

Lil Ommi.

Ma rridx narak tiżżerċaq f‘diż-żurżieqa
Li ma nafux mnejn bdiet, fejn ser tispiċċa,
U ma nafux mil-liema  tgħaddina
Għalkemm triq wada hemm: it-triq tan-niżla.

Bħal meta tmut ftit ftit ix-xemx f’saħħitha,
Biex fil-punent tistaħba wara x-xefaq,
Għalkemm int tista’ taħseb l’hemm xi tama’
Li twaqqaf il-perkors inkella ġġebdu. . .

B’xi mil jew tnejn, b’xi passi, ftit pulzieri.

Alfred Grech
28/06/2019

Thursday, 27 June 2019


Related image


Tiftakar?

Tiftakar għal waqt wieħed ħassejt tkexkixa?
Ħassejtek  mintix hawn
Ħassejt it-tregħid ta’ wiċċ l-ilma
Fi mwejġiet li jaħarbu u jintilfu
Fil-baħħ tal-infinit.

Tiftakar li għal waqt wieħed
Ħassejt l-irdum u l-ġebel għoli
Jitgħawweġ fuq nnifsu
U jdur għal fuqek?

Imma f’daqqa waħda ftakar
Li l-ħin kien sar
U ma tridx tħalli lil min jistenna.

Jekk ma tintilifx fil-hoss tal-ilma
Tintilef fir-raġġi tax-xemx
Fiż-żiffa li tonfoħ minn fuq rasek
U tħaxwix tal-frieħi għad-dell tal-bruka.

Issa sibt li qatt mhu se tilħaqni
Għax qed tmidd idejk lilhinn mix-xefaq.

Alfred Grech
27/06/2019

Related image




Fanatmi jħeddu d-dwejjaq
Bħal friefet jirxuxtaw
Kull dell lid-dawl iħedded
Id-dawl li jasal s’haw’.

Mal-ħama ntagħġen issa
Il-ħażen u t-tbagħbis
Fir-ramel ta’ dix-xtajta
Tal-qerq u tat-tkeskis.

Kull xewqa u kull tqanqila
Ma dak li rajt b’għajnejk
Is-skiet ukoll sar qares
U nsetti ma xufftejk.

Inewwaħ is-skiet tiegħek
Kull pass li tagħmel tqil
Il-vini tiegħek nixfu
Mank  timxi bla ma tmil.

Alfred Grech
27/06/2019.

Wednesday, 26 June 2019


Related image

Transcendence

Cannot help to think of the forbidden fruit
Of what could be or could have been
Your destiny and mine
Two roads that never crossed
Two rails that never met.
They ran so well together
Parallel to each other
Towards eternity.
There in eternity all this passion all this zeal
Shall be consumed in the ultimate cremation
Of the nothing, the void,
In the gratuitous and the virtual
The humiliating and the exalting.
I will be there for you
As the knight to his lady sworn
In the illicit and immoral
So that even the nobleness of it all
shall be transcended into
The insignificant.

Alfred Grech
26/06/2019