Thursday, 27 June 2019

Related image




Fanatmi jħeddu d-dwejjaq
Bħal friefet jirxuxtaw
Kull dell lid-dawl iħedded
Id-dawl li jasal s’haw’.

Mal-ħama ntagħġen issa
Il-ħażen u t-tbagħbis
Fir-ramel ta’ dix-xtajta
Tal-qerq u tat-tkeskis.

Kull xewqa u kull tqanqila
Ma dak li rajt b’għajnejk
Is-skiet ukoll sar qares
U nsetti ma xufftejk.

Inewwaħ is-skiet tiegħek
Kull pass li tagħmel tqil
Il-vini tiegħek nixfu
Mank  timxi bla ma tmil.

Alfred Grech
27/06/2019.

No comments:

Post a Comment