Tnissija.
Mintix tismagħni nsejjaħlek
ismek jirbombja fil kewn
tiegħi
f’din iż-żurzieqa li twassal
għall-abbiss
fis-swied il-qalb li issa sar
tqil iżżejjed.
Nixtieqek il-ħin kollhu
mhux bil heffa tal-ilsir
li jrid itaffi s-sensi
imma bix-xewqa ta’ min irid
jimraħ
fl-istratosfera ta’
sublimita’
tal-baħħ u l-konfużjoni
fejn dari kont infittex li
nkun waħdi
u jkun aħjar li waħdi nkun
xħin nghaddi mid-dlam
tas-sotterran
sa nasal fix-xmara tat-tnissija.
Inkella inti tkun biss
xewq’ oħra.
Alfred Grech
02/06/2019.
No comments:
Post a Comment