Twerewir.
Twerwir il-waqt ta’ min imur
ifittex
tħarbit il-biża wara
l-kwinti
il-bnazzi tal-viżibilita’
t-tajba
misjuq minn qtiegħ il-qalb
xħin dak li tara lanqas
tifhmu
u dal li tifhmu ma temminx
fih
biex taqdef qalb l-iħirsa
u qalb l-enimmi u b’hekk
jinħatt il bini kollu illi
bnejna
biex stajna nsibu xi tifsira.
Li ma tifhmux jibqa’ bla
tifsira,
u b’hekk jitqanqal ġewwa
l-moħħ
id-dubbju ta’ minn qed jgħum
ġa dan il-baħar
tal-assurdita’
Alfred Grech
03/06/2019
No comments:
Post a Comment