Saturday, 29 June 2019


Image result for construction malta

Nibqgħu ngħannuha.

Nibqgħu għalina ngħannu minkejja dat-tifrik
Li hawn madwarna, minkejja l-ġenn sferant u l-ġiri nfernali
Minkejja d-dħaħen taċ-ċiment u trabijiet ta’ bini
Minkejja li r-regħjba ta’min hu bla wiċċ u mingħajr bla isem
Joħdulna s-sabih kollu li hu l-wirt li huwa tagħna
F’ din l-art li saret l-art l-eżilju.

Nibqgħu ngħannuha  din l-għanja reffiegħa tagħna
Imqar jekk il-issa s-setgħa u l-affluwenza
Għamew lil min jippoża ta’ xi ġgant fis-salvazzjoni tagħna.
Ejja nibqgħu ngaħnnu flimkien ja poeżija tiegħi,
La titlaqni kif għandek ħabta tagħmel
F’dawk l-istaġuni fejn l-għajnejn  jagħmew
U l-widnejn jittarrxu u  jibda ftit ftit dieħel
In-nagħas tal-apatija u qtigħ il-qalb
Minn dinja se tisplodi
Ta’dawn il-ġejjer li saru manikomju.

Alfred Grech
29/06/2019

No comments:

Post a Comment